Il-ħidma kontinwa tal-Pulizija kontra t-traffikar tad-droga wasslet biex kmieni dalgħodu jiġu arrestati żewġt irġiel wara li allegatament kienu qegħdin jittraffikaw id-droga.
Wara ġranet ta’ sorveljanza fuq stabbilmenti fi Triq Qrajten, Tal-Pietà, dalgħodu, għall-ħabta tas-sitta, pulizija avviċinaw stabbiliment fejn innutaw liż-żewġt irġiel fuq barra tiegħu jgħaddu xi affarijiet lil xulxin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tfittxija li saret fuq ir-raġel li għandu 43 sena u jgħix il-Mosta, instabu qratas ta’ sustanza suspettata droga eroina, allegatament lesti biex jiġu ttraffikati. Raġel ta’ 51 sena u li joqghod il-Gżira qed jinżamm ukoll arrestat.
L-irġiel qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana filwaqt li l-investigazzjonijiet talPulizija għadhom għaddejjin