Argument bejn raġel ta’ 66 sena u ieħor ta’ 71 sena jħallihom bi ġrieħi ħfief u gravi.
Għall-ħabta tat-3:30 ta’ waranofsinhar il-Ħadd li għadda, seħħ argument bejn żewġt irġiel fi Triq il-Ferrovija, il-Ħamrun.
Skont stħarriġ preliminari, jidher li raġel ta’ 66 sena li jgħix f’Bormla, kellu argument ma’ raġel ieħor ta’ 71 sena residenti l-Fgura, fejn iż-żewġt irġiel sofrew xi ġrieħi.
Minn hemm, ir-raġel li jgħix f’Bormla ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Intant, ir-raġel l-ieħor kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, meta aktar tard, dan mar f’ċentru tas-saħħa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-argument għadhom għaddejjin.