Żewġt iklieb u qattusa kienu l-vittmi ta’ nirien li ħakmu dar f’Triq Ċetta Mintoff, f’San Ġwann t’Għuxa f’Bormla.
Minn sorsi fuq il-post, in-nar beda meta għal xi raġun, sodda ħadet in-nar u dan spiċċa kebbes id-dar fi fjamma ta’ nar.
B’kawża ta’ dan, żewġt iklieb u qattusa, li r-razza tagħhom fuq il-post ma kinitx magħrufa, tilfu ħajjithom wara l-attentat ta’ CPR mill-pumpieri li kienu fuq il-post.
Fuq il-post ukoll assistew tliet fire engines, li wara l-proċess tat-tifi tan-nar, ikkonfermaw li d-dar ġarrbet ħruq u ħsarat estensivi.