Il-Pulizija f’Alberta fil-Kanada, illum qed jiċċelebraw dan minħabba li se jkunu qed jgħalqu każ ta’ żewġ persuni nieqsa, li għandu 24, sena fuq nota pożittiva.
Familjari ta’ Anna u Kym Hakzr qalu li l-aħħar li raw liż-żewġt aħwa kien f’Edmonton f’Alberta mis-snin 80. Iż-żewġ nisa ma rawx lil ommom minn dakinhar ‘l hawn iżda għamlu kuntatt magħha fl-1993. L-oħt il-kbira, Anna, li dak iż-żmien kellha 43 sena, kienet diġa tkeċċiet mill-familja u peress li hi u oħtha Kym, li kellha 29 sena, kienu inseparabbli u sparixxew flimkien.
Wara diċenju mingħajr ebda kuntatt, l-omm marret tagħmel rapport għand il-Pulizija fejn fl-2003 qalet li ulieda kienu neqsin.
L-investigazzjoni, mmexxija mill-Pulizija ta’ Lethbridge, għamlu żewġ diċenji jfittxu izda waqfu meta ma sabu ebda evidenza.
F’Ottubru tal-2015, il-Pulizija ppruvat titlob l-għajnuna tal-pubbliku fuq is-sit soċjali Facebook iżda kien kollu ta’ xejn.
Kien f’Jannar ta’ din is-sena meta l-Pulizija rċeviet informazzjoni li lura fl-1999 mara bl-istess isem bħal ta’ Anna Hakze rrapportat li xi ħadd daħal jisraqha d-dar. Meta kkuntatjawha ma kinitx l-istess persuna, iżda tathom informazzjoni biżżejjed biex isibu lil Anna li kienet nieqsa. Dan hekk kif snin qabel kienet rat biċċa kitba ta’ persuna bl-istess isem u baqgħet imbellħa għax kien l-ewwel darba li rat persuna li jisimha eżatt bħalha.
Minn hemm u minn hawn il-Pulizija rnexxielhom isibu fejn kienet toqgħod Anna iżda meta marru biex jgħidulha għalfejn ħarbet, hi qaltilhom li ma kellha l-ebda idea li hi u oħtha Kym kienu rrapportati neqsin wara li telqu mid-dar minn jeddhom biex jgħixu ħajjithom.
Minħabba raġunijiet ta’ privatezza l-Pulizija ma setgħetx tagħti informazzjoni ta’ fejn jinsabu l-aħwa iżda ħuhom Ken ipprovda biżżejjed informazzjoni biex jekk qatt jasal jum li jkunu jridu jiltaqgħu miegħu, ikunu jistgħu.