Żewġt aħwa inħelsu minn akkużi kriminali, wara argument li inqala bejniethom erba’ snin ilu.
Francis Bugeja ta’ 31 sena u ħuħ Tyson ta’ 23 sena kienu akkużati li weġġgħu b’mod gravi lil Yurgen Gauci, ħu l-għarusa ta’ Francis. Bl-argument eskala fit-triq Ħaż-Żebbuġ.
Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit innotat li la l-ko-akkużat u lanqas x-xhieda ma xehdu.