Fost l-erba’ persuni li tilfu ħajjithom wara l-inċident li seħħ f’ waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali tal-park tad-divertiment Dreamworld fil-Gold Coast, fl-Awstralja kien hemm żewġt aħwa.
Kate Goodchild u Luke Dorsett ta’ 32 u 35 sena rispettivament mietu fuq ir-ride bl-isem ta’ Thunder River Rapids.
Il-Pulizija ta’ Queensland iddeskriviet l-inċident li fih tilfu ħajjithom żewġ nisa u żewġt’irġiel bħala wieħed inkwetanti.
Konsegwenza ta’ dan, il-park li fih aktar minn ħamsin attrazzjoni, ingħalaq indefinittivament u bħalissa għaddejja l-investigazzjoni.
Fi stqarrija mill-park intqal li issa l-importanti li jingħata l-appoġġ meħtieġ lill-familji tal-vittmi u li jingħata councelling adattat lill-viżitaturi u l-ħaddiema tal-park. Intqal ukoll li għaddejja ħidma konġunta bejn l-awtoritajiet u l-Pulizija biex jiġu stabbiliti l-fatti dwar l-inċident.