Sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin għal Salvatore Chircop ta’ 73 sena u ibnu Stanley Chircop ta’ 47 sena wara li fil-Qorti nstabu ħajta li mingħajr intenzjoni iżda bi traskuraġni ikkawżaw il-mewt ta’ Serafina Chircop.
Il-mewt seħħet fil-11 ta’ Ġunju tal-2014 meta l-vittma instabet fi stat ħażin ħafna ta’ saħħa fid-dar tagħha li kienet miżgħuda bil-ħmieġ u rwejjaħ jintnu.
Fix-xhieda ingħad kif il-pulizija sabet lill-vittma mimlija slieħ minħabba ħin twil fis-sodda kif ukoll li kellha l-ġilda mikula bid-dud.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li l-istat li tħalliet tiddeterjora din il-mara li hija wkoll omm, wassal biex minn tħalliet fi tbatija intortament sforz ta’ traskuraġni ta’ żewġha u binha.