Ilbieraħ għall-ħabta tad-21:30 seħħ inċident tat-traffiku ġewwa Delimara, limiti ta’ Marsaxlokk.
Mara ta’ 66 sena residenti ż-Żejtun tilfet il-kontroll ta’ vettura tat-tip Peugeot 106, qabżet ħajt tas-sejjieħ u baqgħet dieħla ġo għalqa.
Ambulanza ħadet lix-xufier u lill-passiġġier l-isptar Mater Dei għall-kura medika. Il-passiġġier li għandha 66 ukoll residenti ż-Żejtun, ġiet iċċertiifkata li qed issofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li x-xufier qed issofri minn ġrieħi ħfief.