L-aġenzija żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-ktieb premjaw liż-żewġ kittieba rebbieħa tal-Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ. Ir-rebbieħa ta’ din is-sena huma Matthew Schembri u Antoinette Borg.
Il-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija żgħażagħ, Miriam Theuma, stqarret li din il-kompetizzjoni twassal biex jinkitbu aktar kotba miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ. Liema kotba jinkitbu mill-perspettiva żagħżugħa u għalhekk aktar jattiraw liż-żgħażagħ tagħna lejn il-qari.
Din il-premjazzjoni ħalliet il-frott tagħha fuq il-kittieba rebbieħa tas-sena li għaddiet hekk kif matul is-sena huma ngħataw iċ-ċans li l-kotba tagħhom jiġu ppubblikati.
Is-Segretarju parlamentari Chris Agius stqarr kif din il-kompetizzjoni qed tkabbar l-imħabba taż-żgħażagħ lejn il-ktieb u lejn il-Malti.