Żagħżugħ ta’ 19-il sena u tfajla ta’ 17-il sena ndarbu gravi wara li nqalbu bil-vettura fir-Rabat.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 23:50 fi Triq il-Buqana, meta ż-żagħżugħ li jgħix San Pawl il-Baħar għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tal-għamla Suzuki Samurai. It-tfajla kienet passiġiera miegħu.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet liż-żgħażagħ l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.