Żewġ żgħażagħ ta’ 14-il sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tat-3pm.
L-inċident seħħ fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, fl-Imqabba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku wasal fuq il-post biex jagħti l-assistenza. Għadha ma ngħatatx informazzjoni dwar il-kundizzjoni taż-żgħażagħ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.