Marlon Baldacchino ta’ dsatax-il sena minn Ħaż-Żabbar u Bormliż ta’ sittax-il sena nżammu arrestati wara li attakkaw pulizija nhar it-Tlieta fl-awli tal-Qorti.
It-Tlieta dawn iż-żewġ żgħażagħ dehru fil-Qorti, b’akkużi li kienu qegħdin isuqu mingħajr liċenzja u ppruvaw jaħarbu mill-pulizija f’San Ġwann il-Ħadd li għadda.