Żewġ żgħażagħ ta’ 21 sena minn Ħal Lija u l-ieħor ta’ 17-il sena ngħataw il-liberta proviżorja wara li ġew akkużati b’serq aggravat minn Karavann fil-limiti tal-Aħrax tal-Mellieħa.
Fil-Qorti ħareġ kif l-akkużati allegatament serqu aktar minn elfejn ewro fit-28 ta’ Sttembru li għadda.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Galea qalu kif iż-żewġ żgħażagħ ikkoperaw mal-Pulizija u li dawn ġa xellfu difrejhom mal-ġustizzja aktar minn darba.