Żewġ żgħażagħ qegħdin isoffru minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li karozza daħlet ġo arblu tad-dawl f’Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ għal ħabta tal-ħdax tal-Erbgħa filgħaxija, fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn.
L-ewwel stħarriġ tal-pulizija juru kif li għal xi raġuni, ġuvni ta’ għoxrin sena mis-Siġġiewi tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Volkswagen Golf, li kien qed isuq, b’konsegwenza li baqa’ dieħel ġo arblu tad-dawl. Fil-karozza mal-ġuvni kien hemm tfajla ta’ għoxrin sena minn Ħal Għaxaq.
Immedjatament fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u ambulanza fejn ħadhet liż-żewġ żgħażagħ l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.