Żewġt żgħażagħ ta’ 14-il sena weġġgħu wara li ntlaqtu minn karozza fl-Imqabba.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija.
Minn stħarriġ preliminari li sar, iż-żewġt żgħażagħ intlaqtu minn karozza tal-għamla Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 71 sena milll-Qrendi.
Il-vittmi ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħdu l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi filwaqt li ż-żagħżugħa ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.