Żewġ żgħażagħ, wieħed ta’ 20 sena minn Wied il-Għajn, u ieħor ta’ 17-il sena minn Birżebbuġa, ittieħdu l-Isptar wara li weġġgħu bi scooter fiż-Żejtun.
Kien għall-ħabta tal-ħamsa u nofs, meta l-Pulizija ġiet mgħarrfa bl-inċident, li seħħ fil-limiti ta’ Misraħ Karlu Diacono, int u ġej minn Triq Luqa Briffa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-kundizzjoni taż-żgħażagħ għadha mhix magħrufa.