Ġunvi ta’ 24 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ, li kien qed isuq karozza tat-tip Mazda sofra minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza fi Triq Valletta, il-Mosta.
Dan bil-konsegwenza li hu ħabat ma’ xi ħitan ta’ residenzi privati.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu u fil-karozza kien hemm passiġier ta’ 24 sena residenti ż-Żurrieq, li ukoll sofra minn ġrieħi gravi.
Fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku li ħa lill-vittmi lejn l-Isptar Mater Dei fejn aktar ġew iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.