Iż-żewġ żgħażagħ ta’ 14 u 15-il sena sofrew ġrieħi ħfief wara li ttieħdu l-isptar Mater Dei minħabba materjal splussiv li ħa f’idejhom.
Dan filwaqt li ż-żagħżugħ ta’ 16-il sena li wkoll kien involut fl-inċident, sofra ġrieħi serji.
Il-każ seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar, fl-inħawi msejħa bħala tar-Ramlija f’Ħal Kirkop.
Immedjatament fuq il-post mar tim mediku li ħa ż-żgħażagħ l-isptar Mater Dei, flimkien ma’ membri mil-Korp tal-Pulizija.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/08/22/tliet-zghazagh-l-isptar-wara-li-ha-materjal-splussiv-fidejhom-fhal-kirkop/