Kroat u Spanjola ġew immultati tmien mitt ewro kull wieħed wara li ammettew li ġew f’Malta b’ċertifikat falz tal-vaċċin għall-Covid-19.
Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, Mateo Baron, ta’ erbgħa u għoxrin sena, ammetta mill-ewwel għall-akkużi kontrih filwaqt li Sabrina Aloe, ta’ tlieta u għoxrin sena, qalet li ffalsifikat iċ-ċertifikat għax riedet tiġi Malta fil-ħin biex tibda xogħol ġdid u beżgħet li titlef ix-xogħol.