Żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Birgu ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara li tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isur u baqa’ dieħel ġo żewġ vetturi pparkjati f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija fi Triq l-Imdina.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li fuq il-post immedjatament marret ambulanza b’tim mediku sabiex jassistu.
Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wkoll assistew f’dan l-inċident.
Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhix magħrufa.