Żewġt irġiel ta’ 34 sena u 28 sena rispettivament instabu ħatja li serqu ġiżirana minn għonq anzjana, li għandha 64 sena.
Il-każ jeħodna lura għall-2012 meta ż-żewġ ġuvintur serqu giżirana minn għonq anzjana li kienet tiswa aktar minn €2,300. Jidher li s-serqa saret bi vjolenza, tant, li l-anzjana sofriet ġrieħi ħfief. L-akkużati nstabu ħatja wkoll li kienu qed iġorru arma magħhom mingħajr il-liċenzja meħtieġa, u li kellhom fil-pussess tagħhom oġġetti misruqa oħra.
Kurt Grima, il-ġuvni ta’ 34 sena, intbagħat sitt snin u nofs ħabs, filwaqt li Oglive Grima kien ikkundannat ħames snin ħabs.