Żewġ żgħażagħ iddaħlu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara inċident tat-traffiku għall-ħabta tal-5 ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Qala f’Għajnsielem, Għawdex.
Il-każ seħħ meta s-sewwieqa tal-karozza, tfajla ta’ 23 sena mill-Belt Valletta tilfet il-kontroll tal-vettura u baqgħet dieħla ġo ħajt.
Fil-karozza kien hemm ukoll passiġġiera ta’ 22 sena mill-Gżira.
Fuq il-post mar tim mediku u ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, filwaqt li l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.