Żewġ żgħażagħ Franċiżi ta’ 19 u 21 sena rispettivament ġew arrestati, wara li matul il-lejl illi għadda nqabdu jivvandalizzaw t-tiżjin tal-Milied fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-00:45 xħin il-Pulizija fl-Għassa ta’ San Ġiljan ġew infurmati bil-każ.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn sabet liż-żewġ persuni u arrestathom fuq il-post.
Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li b’kollox ġew ivvandalizzati erba’ siġar tal-Milied, bil-ħsarat li saru jammontaw għal ammont konsiderevoli ta’ flus, għad-dannu tal-Kunsill Lokali.
Iż-żewġ żgħażagħ mistennija jitressqu l-Qorti għada.