Ġuvni ta’ 22 sena mill-Ħamrun u tfajla ta’ 21 sena minn Ħaż-Żebbuġ ġew arrestati mill-pulizija wara li nqabdu bid-drogi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7 tal-Ħamis filgħaxija meta l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi ċċirkondaw il-karozza li kienu fiha ż-żewġ żgħażagħ fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Mit-tfittxija li għamlet il-pulizija sabet 50 pakkett suspettata droga sintetika, kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.
Dawn iż-żewġ żgħażagħ kienu qed joqogħdu f’kamra f’lukanda fl-istess akwati li ġew arrestati. Fi tfittxija li għamlet il-pulizija f’din il-kamra nstabet sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, miżien u affarijiet oħra relatati mad-droga.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.