Żagħżugħ ta’ 18-il sena u żagħżugħ ieħor ta’ 21 sena ġew arrestati, mill-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġuri b’rabta ma’ serq ta’ apparat domestiku minn djar li kienu għadhom mhux abitati, fl-Imġarr u fil-Mosta.
L-allegat serqiet seħħew f’Ottubru.
Iż-żewġ żgħażagħ mistennija jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit.