Żewġ żgħażagħ, ta’ 24 sena u 18-il sena, ġew arrestati b’rabta ma’ investigazzjoni ta’ ħruq ta’ vettura erbat ijiem ilu f’Ħal Qormi.
Kien wara sigħat ta’ sorveljanza li l-pulizija identifikat fejn kienu ż-żewġ żgħażagħ u ċċirkondaw residenza fil-Gżira fejn hemm ġew arrestati.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa li għadda fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, meta vann minn nirien fi Triq Tumas Fenech f’Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn ikkntrollaw in-nirien. Żewġ residenzi li quddiemhom kien ipparkkjat il-vann ġarrbu xi ħsarat kawża tan-nugrufun.
B’dan il-każ infetħet ukoll inkjesta maġisterjali.
Iż-żewġ persuni qed jinżammu arrestati, bl-investigazzjonijet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.