Tyson Bugeja ta’23 sena u Natasha Bugeja qed jiġu akkużati li b’ħsarat volontarji fuq karozza tal-eks sieħba ta’ Tyson Bugeja. Dan tal-aħħar jinsab fuq ħelsien mill-arrest marbuta ma’ reati oħra.
Ismael Magro ta’ 19-il sena qed jiġi akkużat li huwa kompliċi fir-reat kif ukoll li saq karozza bla ma għandu liċenzja tas-sewqan, bla polza tal-assigurazzjoni u liċenzja tat-triq.
Tyson Bugeja qed jiġi akkużat ukoll li hedded lill-eks sieħba tiegħu bit-telefown u li kiser ordni ta’ protezzjoni temporanja.
Il-Qorti ma laqatx it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Tyson Bugeja filwaqt li Ishmael Magro u Natasha Bugeja ingħataw il-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ għaxart elef ewro u depożitu ta’ ħames mitt ewro.
Inħareġet ordni ta’ protezzjoni kontra t-tlieta li huma vis-à-vis l-allegata vittma għas-sigurtà tagħha.