Taljan ta’ 30 sena li joqgħod Ħaż-Żebbuġ ġarrab ġrieħi gravi, filwaqt li Eritrean ta’ 23 sena li joqgħod Bormla ndarab ħafif wara li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn iż-żewġ karozzi li kienu qed isuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:30 ta’ dalgħodu fi Triq it-Torri Tas-Sliema.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.