Żewġ xufiera jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif kmieni dalgħodu nqelbu bil-vetturi fil-Bypass tal-Imrieħel.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:00 fil-Bypass tal-Imrieħel pass ‘il bogħod minn Triq Nutar Żarb hekk kif għal xi raġuni żewġ vetturi nqelbu.
Vettura tat-tip Nissan Juke misjuqa minn raġel ta’ 26 sena minn San Pawl il-Baħar u vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Ħal Qormi.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident, iżda wieħed mix-xufiera xorta talab li jmur iċ-Ċentru tas-Saħħa bħala prekawzjoni hekk kif ħass xi uġigħ.
It-triq ingħalqet għal xi ħin sakemm tneħħew il-vetturi.