‘Għaliex?’ hu l-isem ta’ wirja tal-Ġimgħa l-Kbira immersiva, li għaddejja biswit il-Mina tal-Isla.
Din il-wirja hi unika, hekk kif hi interattiva, mhux biss permezz ta’ rakkont li wieħed jista’ jisma’, waqt li jifli l-vari mirqumin bl-ifjen dettall, iżda wkoll permezz ta’ elementi oħrajn.
Tkellimna mal-artist responsabbli, Charles Camilleri, li spjegalna kif hu jrid ikompli jkabbar id-daqs tal-wirja biex tirreplika film statiku.
Qal, “Bdejniha 19-il sena ilu, u dejjem inżidu fiha. WHITEFLASH Jien moħħi dejjem jaħseb fuq hekk, dejjem irrid xi ħaġa innovattiva. Dak l-iskop tagħha kollu.”
Sadanittant, f’Ħal Tarxien, iltqajna ma’ George Cutajar, li għandu 84 sena u li jarma wirja tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
Hu spjegalna kif għandu tmintax-il vara, akkumpanjati minn 249 statwa, li jirreplikaw il-purċissjoni ta’ Ħal Qormi, belt twelidu, kif ukoll purċissjonijiet oħrajn madwar il-pajjiż.
Stqarr magħna kif dan hu d-delizzju tiegħu u b’hekk jibqa’ jarma din il-wirja sakemm tagħtih saħħtu.
Qal, “Dak hu d-delizzju tiegħi li, fl-aħħar mill-aħħar, xewqti jiena qtajtha għax illum għandi ż-żmien. Jiena ngħid li l-aħħar waħda, l-aħħar darba li armajtha, imma forsi jekk il-Bambin iħallini ħaj u nkun niflaħ narmaha, nerġa’ narmaha.”