Il-Gvern Franċiż se jaffaċċja żewġ voti ta’ sfiduċja, riżultat tar-riforma kontroversjali tiegħu dwar il-pensjonijiet.
Il-Prim Ministru Elisabeth Borne użat artiklu mill-kostituzzjoni biex tgħaddi l-liġi xorta mingħajr vot il-ġimgħa li għaddiet.
Minn dakinhar, eluf imlew it-toroq Franċiżi biex jipprotestaw.
Il-mozzjonijiet ta’ sfiduċja ġew ippreżentati minn Membri Parlamentari ċentristi u l-partit tal-lemin estrem, u mistennija jiġu diskussi aktar tard illejla.
Jekk dawn jirnexxu, il-President Emmanuel Macron mhux se jkun f’riskju li jitlef il-pożizzjoni tiegħu, iżda l-irwoli ta’ Borne u tal-Gvern ikunu pperikolati.
Macron ikollu jsejjaħ gvern ġdid jew iħabbar elezzjonijiet ġodda.
Ir-riforma tal-pensjonijiet tiġi nulla wkoll jekk dawn il-mozzjonijiet jilħqu l-għan tagħhom.
Jekk dawn il-mozzjonijiet ma jirnexxux, l-abbozz biex l-età tal-irtirar tiżdied minn 62 sena għal 64, isir liġi.