Il-passiġġieri li jivvjaġġaw bejn it-Tlett ibliet u tas-Sliema jistgħu jibdew jiffrankaw tliet kwarti kuljum. Dan għaliex iktar tard il-ġimgħa l-oħra ġew introdottti żewġ vjaġġi ġodda fl-iskeda tax-xitwa tas-servizz tal-lanċa.
L-iskeda l-ġdida, li bdiet matul tmiem il-ġimgħa li għadda, issegwi r-rispons mill-passiġġieri li rrimarkaw li jekk jaqbdu l-lanċa mit-tlett ibliet lejn il-Belt Valletta ma jkunux jistgħu jilħqu l-lanċa mill-Belt għal ta’ Sliema wara li jkunu qasmu l-kapitali bil-mixi.
Apparti hekk anki filgħaxija, is-servizz tal-lanċa ħaseb speċjalment f’tal-ħwienet. Joe Sant Fournier, uffiċjal tal-kumpanija li tipprovdi s-servizz qal: “L-ewwel inizjattiva kienet għadna ħafna nies jibdew fis-7 xogħol u ma kienux jaslu fil-ħin. Allura għamilna vjaġġ fis-sebgħa nieqes kwart f’ħames minuti nwassluwhom il-Belt u fis-7 qegħdin ix-xogħol. L-aħħar trip qegħda fis-7 u nofs flok fis-sebgħa u kwart ħalli nies li jaħdmu fil-ħwienet jagħlqu fis-7 sakemm jaslu ħdejn ix-xatt jilħqu jitilfuħ issa jistgħu jinżlu komdi u jaqbdu tas-seba’ u nofs.
Joe Sant Fournier kompla jgħid li f’dawn is-sitt snin li ilu jintuża żdiedu sew il-passiġġieri li jużawh fosthom Maltin li jużaw dan it-trasport bħala mezz alternattiv ta kif tivvjaġġa.
ONE News għamel il-vjaġġ mill-Belt għal tas-Sliema fejn tkellem ma’ wħud li maż-żiffa tar-riħ qalulna kemm isibu dan is-servizz komdu għal ħtiġijiet tagħhom.