Żewġ vetturi nħakmu minn nirien f’Santa Luċija.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-2:45 ta’ filgħodu fi triq Gardenia f’Santa Luċija meta vettura tat-tip Renault Megane nħakmet minn nirien bil-konsegwenza li n-nirien infirxu għal fuq il-vettura ta’ quddiema tat-tip Peugeot 607.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni sabiex tistabbilixxi x’wassal għal dan l-inċident.
Dwar dan il-każ infetħet inkejsta Maġisterjali.