Tliet vetturi tat-tip Mazda, Toyota u Citroën aktar kmieni llum kienu involuti f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00p.m. fi triq Burmarrad f’San Pawl il-Baħar.
Il-vettura tat-tip Mazda kienet misjuqa minn mara ta’ 42 sena residenti r-Rabat – Malta, il-vettura tat-tip Toyota kienet misjuqa minn mara ta’ 53 sena minn San Pawl il-Baħar filwaqt li l-vettura tat-tip Citroen kienet misjuqa minn raġel ta’ 25 sena minn San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara li kienet qed issuq il-vettura tat-tip Toyota l-Isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa.
Ritratt: MRTU