Ħames persuni ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa. Fosthom hemm tfajla ta’ 25 sena, u erbat itfal ta’ seba’ snin, ħames snin, erba’ snin u sena li kienu kollha passiġġieri f’vettura minnhom.
L-inċident seħħ bejn żewġ vetturi għall-ħabta tas-13:00, inċident li seħħ bejn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn tfajla ta’ 27 sena residenti Birżebbuġa u vettura oħra tat-tip Opel Astra misjuqa minn mara ta’ 50 sena residenti Birżebbuġa wkoll li magħha kien hemm passiġġier l-ħames persuni l-oħra.
Fuq il-post issejħu aktar minn ambulanza waħda fejn ħadet lil dawk li ndarbu l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.