Raġel ta’ 37 sena u mara ta’ 41 sena, mill-Ungerija se jitressqu l-Qorti għall-ħabta tal-11:30am wara li lbieraħ ġew arrestati b’rabta ma’ sejba tad-droga allegatment eroina, MDMA u sustanza suspettata amfetamina li allegatament kienet lesta biex tiġi ttraffikata.
Huma ġew arrestati f’dar f’Birżebbuġa mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u tar-Rapid Intervention Unit (l-RIU).
Iż-żewġ persuni huma mistennija jitressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke, mixlija b’importazzjoni, pussess u traffkar taddroga, tixħim u li ma obdewx l-ordnijiet tal-Pulizija, fost oħrajn.