Żewġ Ukreni li ġew Malta minħabba l-gwerra, tressqu l-Qorti u ġew mixlija b’akkużi relatati mal-prostituzzjoni.
Fil-fatt, iż-żewġ nisa, li isimhom ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ġew akkużati li lbieraħ, u fil-ġimgħat u fix-xhur ta’ qabel, żammew jew ħadu sehem f’eżerċizzju ta’ burdell fil-Pietà għal skop ta’ prostituzzjoni, u li kellhom ħanut jew appartament privat u ħallewh jintuża għal skop ta’ prostituzzjonijiet.
F’awla numru sebgħa, l-akkużati wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Mark Cremona.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabet lill-imputati ħatja u kkundannathom sena priġunerija sospiżi għal tliet snin u multa ta’ għaxar ewro kull wieħed.