Bejn is-6 u il-11 t’Ottubru, l-ogħla rank tat-Taekwondo lokali Sabomnim Stephen Formosa (6th Dan), akkumpanjat minn Jerome Vassallo (4th Dan) attendew għall-ewwel summit tal-federazzjoni globali ġdida bl-isem ta’ Global Traditional Taekwondo Federation (GTTF) li seħħ gewwa Konjiam Resort fil-belt ta’ Gwangju, il-Korea t’Isfel. Dan is-summit kien opportunitá fejn Formosa u Vassallo flimkien ma’ GM Christopher Vella (8th Dan) li kien qed jirrappreżenta lil Lussemburgu, iltaqgħu ma’ diversri masters ohra minn madwar id-dinja sabiex jiddiskutu l-futur tat-Taekwondo.
Il-fundatur tal-GTTF, Grand Master (GM) Lee (9th Dan), u li jgħix f’North Carolina, l-Istati Uniti, xtaq li jaqsam imħabbtu lejn l-ispirtu awtentiku tat-Taekwondo, bl-enfazi tkun fuq l-aspett marzjali – MUDO. GM Lee għandu reputazzjoni mondjali u relazzjoni vasta ma’ diversi grand masters madwar id-dinja, kif ukoll relazzjoni diretta mal Kukkiwon u it-Taekwondo Promotion Foundation (TPF).
Matul il-ħamest ijiem flimkien, dawk kollha preżenti kellhom l-opporunitá li jaraw diversi demonstrazzjonijiet tat-Taekwondo, specjalment dik li seħħet ġewwa l-Kukkiwon. Diversi kelliema, fosthom GM Vella taw preżentazzjoni dwar il-perspettiva taghhom fuq it-Taekwondo tradizzjonali, il-konservazzjoni tat-tradizzjonijiet, kif ukoll kif it-Taekwondo jista jservi ta’ ġid għall-umanitá.
GM Lee innomina individwu minn kull pajjiz bħala president sabiex ikun il-persuna li jkun qed jirrapprezenta lil GTTF kif ukoll jistabillixxi l-organizzazjoni. Għaldaqstant Stephen Formosa u Christopher Vella ġew magħzula sabiex jirrapprezentaw lil Malta u lil Lussemburgu rispettivament.
Matul is-sessjonijiet ta’ taħriġ il-partecipanti kellhom l-unur li jiltaqgħu mal–aqwa Grandmasters bħal GM Le Kyu Hyun – ex Kukkiwon president, GM Kim Eun Seop – fundatur tal-World Taekwondo Defense Federation, u power-breaking champion GM Kang Dae Seok.
Is-summit li jmiss se jsir gewwa t-Taekwondowon lejn l-aħħar ta’ Novembru 2025.