Marvin Formosa u Michael Zammit li jaħdmu bħala Maritime Enforcement Officers ma’ Transport Malta ħelsu fekruna li kienet qed tissielet għal ħajjitha maqbuda fix-xbieki f’Marsamxett.
Il-Ministru Ian Borg faħħar xogħolhom fuq is-sit soċjali ta’ Facebook.