Żewġ uffiċjali tal-Intelliġenza Palestinjani nqatlu mill-forzi speċjali Iżraeljani waqt rejd fix-Xatt tal-Punent.
Rapporti fil-midja Iżraeljana qalu li dan l-attakk seħħ matul il-lejl li għadda meta l-forzi Iżraeljani daħlu f’Jenin biex jarrestaw żewġ Palestinjani suspettati b’attakki reċenti.
L-uffiċjali Palestinjani nqatlu wara li allegatament fetħu n-nar waqt rejd mill-Iżraeljani. Huwa mifhum li ntqatel ukoll raġel Palestinjan li kien identifikat bħala wieħed mis-suspettati.
L-Awtorità Palestinjana bbażata fix-Xatt tal-Punent tikkordina s-sigurtà mal-Iżrael fiż-żona. Il-ġlied bejn iż-żewġ forzi waqt operazzjonijiet simili bħal tal-lejl li għadda dawn huma rari.