Il-Linja Nazzjonali Air Malta dalgħodu operat żewġ flights lejn Comiso, bit-titjiriet saru fit-tmienja ta’ filgħodu. Fejn b’kollox fuq ż-żewġ titjiriet inġarru mal-300 passiġġier.
Il-mitt passiġġier li hemm fl-ajruport ta’ Katanja, marru lejn l-ajruport ta’ Comiso u mistennija titlaq lejn Malta fil-ħin li ġej.
L-Air Malta għamlet dawn l-arranġamenti wara li ilbieraħ tħassru t-titjiriet kollha minn u lejn Katanja kawża tal-iżbroff vulkan Etna. Bl-awtoritajiet Sqallin għalqu l-ajruport.
Intant, l-ajruport ta’ Katanja reġa’ fetaħ dalgħodu u it-titjira tal-Air Malta lejn Sqallija se terġa’ topera wara nofsinhar kif skedat.
Comiso tinsab siegħa il-bogħod minn Katanja bil-karozza.