Żewġ tfajliet li għandhom 14 u 16-il sena wieġbu ħatja u ġew ikkundannati sentejn ħabs sospiżi għall-erba’ snin u ngħataw ordni ta’ probation għal tliet snin.
Dan wara li tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ serq minn diversi magni tal-ħelu f’Novembru li għadda u nhar it-Tlieta li għadda.
Intqal kif it-tfajla ta’ 16-il sena diġà kissret ordni ta’ probation.
Il-Maġistrat Monica Vella kellmet ċar u tond liż-żewg imputati sabiex jirriformaw irwieħhom u għalhekk se ttihom it-tieni ċans.
Qaltilhom li għandhom jikkonsultaw mal-ħaddiema soċjali tagħhom.
Il-Qorti ordnat sabiex isem l-imputati ma jixxandarx minħabba li għadhom taħt l-età.