Tfajla ta’ 24 sena qed isofri minn ġrieħi ħfif u tfajla ta’ 17-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtu minn rota li nqalgħet minn karozza tal-għamla DAF 45. L-inċident seħħ fi Triq Wied il-Għajn għall-ħabta tat-3:15 ta’ waranofsinhar.
Il-vittmi ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħadithom l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.i.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.