Il-Pulizija f’East Yorkshire għaddejja bi tfittxijiet estensivi wara li żewġ tfajliet sparixxaw fi triqithom lejn id-dar wara l-iskola. Uffiċjali tal-Pulizija qalu li qed jikber it-tħassib dwar Kaitlyn Davies ta’ 15-il sena u Sophie Malone ta’ 13-il sena, hekk kif ma rritornawx lura d-dar.
Iż-żewġt iħbieb jattendu l-iskola Winifred Holtby School f’Hull f’North Yorkshire, fejn wara l-lezzjonijiet telqu għad-dar iżda dak kien l-aħħar li ntlemħu.
Il-Pulizija qed tissuspetta li ż-żewġ żgħażagħ jinsabu flimkien.