Qatt kellkom ħolma li dduru d-dinja?
Hekk qed jagħmlu Lucky u Captain Paddy T Bear, żewġ teddybears Irlandiżi li għandhom ix-xorti li jżuru bosta pajjiżi bil-għan ewlieni jkun li jgħinu lil min hu fil-bżonn.
L-għan wara ż-żjarat tagħhom huwa li jiġbru l-flus għall-organizzazzjoni LauraLynn Children’s Hospice u Dogs Trust tal-Irlanda billi jieħdu ritratti tagħhom infushom f’żoni differenti tal-ajruplani li jitilgħu fuqhom – fosthom anke fejn il-bdoti.
Tkellimna ma’ Andy Garland, wieħed mill-handlers tat-teddybears, li fil-ħin liberu tiegħu u anke meta jaħdem bħala pilota, jieħu miegħu liż-żewġ teddybears fuq it-titjiriet miegħu.
“Aviation Ireland Challenge has been trying to get Captain Paddy T Bear and Lucky to travel as far as we can. They’ve been down to Australia and even to Seattle. The cause is that we are fundraising for two charities.”
Spjegalna kif minkejja li huma żewġ teddybears xorta għandhom passaport personali u logbook li fih jitniżżel kull dettall.
Spjega kif mhux l-ewwel darba li ħaddiema f’xi ajruport li niżlu fih għarfuhom u anke riedu ritratt magħhom.
“Each of the bears are fundraising for one of the charities. We’ve got Paddy who has been with us from the beginning and he’s fundraising for LauraLynn and we’ve got Lucky who’s fundraising for Dogs Trust in Ireland as we thought he needed a sidekick. They’ve flown with the Irish Aircore, with Ryanair and many other airlines.”
Intant, wara bosta titjiriet u żjarat f’pajjiżi differenti, se jasal iż-żmien biex kemm Lucky u anke Paddy jirtiraw u jiġu irkantati.
Garland spjegalna kif minkejja li għadha ma tħabbritx din l-aħbar, diġà kellhom offerti li jitilgħu aktar minn ħamest elef ewro għal teddybear minnhom.
Spjega kif minkejja li hi xi ħaġa ħelwa li wieħed isegwi l-vjaġġi ta’ dawn iż-żewġ teddybears fuq instagram, hija xi ħaġa ferm sabiħa li fl-istess ħin ikunu qed jgħinu lil min hu fil-bżonn.