Raġel u mara, it-tnejn Taljani ta’ 56 sena residenti San Ġiljan sofrew ġrieħi ta’ natura gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Ġorġ Borġ Olivier.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru mill-Pulizija rriżulta li r-raġel u l-mara, li kienu flimkien fuq mutur tal-għamla Yadea sofrew xi ġrieħi meta kawża ta’ xi żejt li kien hemm fit-triq, r-raġel li kien qed issuq, tilef il-kontroll u waqa’.
Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li kellhom ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.