Żewġ Taljani li kienu involuti fi ġlieda ma’ xufiera tat-taxis s-Sibt li għadda ngħataw sentenza sospiża.
Giuseppe Branco u Domenico Marino serħu ma’ taxi pparkjatha f’Paceville għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu. Id-difiża spjegat kif sid il-karozza qabad joffendihom b’mod razzist. Dan filwaqt li iżjed xufiera daħlu fl-argument.
Il-prosekuzzjoni rrakkontat kif għalkemm din il-verżjoni kienet tajba, żied jgħid li wieħed mit-taljani beda jhedded lix-xufiera bi flixkun tal-birra li kellu f’idu, filwaqt li Marino ħareġ Sikkina sabiex skontu, jiddefendi lilu nnifsu.
Iż-żewġ Taljani wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-Qorti tathom sentenza sospiża għal-sitt xhur filwaqt li l-qorti ordnat lil Marino sabiex iħallas madwar €116 minħabba li kellu fil-pussess tiegħu s-sikkina waqt il-ġlieda.