Żewġt Taljani ta’ 24 sena mix-Xgħajra u ieħor ta’ 52 sena minn Wied il-Għajn ġew arrestati mill-Pulizija ftit mumenti biss wara li allegatament serqu vann minn Wied il-Għajn.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li kien ilbieraħ għall-ħabta ta’ għaxra ta’ filgħaxija meta sar rapport fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn, li persuni mhux magħrufa serqu vann minn Triq ix-Xnejn Abjad, fl-istess lokalita.
Ftit wara li sar ir-rapport, il-Pulizija kienu qed jagħmlu, innotaw dan il-vann fi Triq San Anard, Ħal Tarxien u waqfuh.
Iż-żewġt irġiel ġew arrestati minnufih mill-Pulizija.
Dawn qed jinżammu arrestati fil-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana u mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.