Żewġ suldati Ingliżi ndarbu serjament waqt attakk mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku fis-Sirja.
Skont rapporti fil-midja Ingliża, il-Forzi Speċjali Ingliżi ilhom dan l-aħħar żmien b’operazzjoni fis-Sirja, iżda l-Ministeru għad-Difiża Ingliż ma kkonfermax dan.
Jidher li ż-żewġ suldati weġġgħu f’attakk mill-ajru viċin ir-raħal ta’ Deir al-Zour, u kienu evakwati mill-inħawi mil-Forzi Amerikani kmieni s-Sibt filgħodu.