Żewġ studenti tfajliet ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li l-vann tal-iskola li kienu qegħdin fih kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:30pm fi Triq l-Isqof F. S. Caruana, l-Imsida.
Il-vann tal-iskola kienqed jinstaq minn raġel ta’ 46 sena li jgħix Birkirkara u l-każ ġar hekk ix-xufier tilef il-kontroll tal-vann u baqa’ dieħel f’ħajt.
Fil-vann kien hemm tnax-il student.
Immedjatament fuq il-post mar tim mediku flimkien mal-Pulizija.
Aktar investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.